Maltese Society for Christian Civilisation

Pro Malta Christiana

Il-Liġi Emendata tal-IVF 2022 : Attakk Vili Kontra l-Ħajja Umana u l-Valuri Nsara f’Malta

Oct 21, 2022 | Local | 0 comments

Din hija riproduzzjoni — b’emendi żgħar — tal-fuljett li tqassam matul il-kampanji pubbliċi ta’ Pro Malta Christiana kontra l-emendi fil-liġi tal-IVF li saru f’erba’ lokalitajiet bejn it-23 ta’ Lulju u s-6 ta’ Awwissu 2022.

Tixtieq Tara Iktar Kampanji Pubbliċi?

Għinna nkopru l-ispejjeż ta’ din il-kampanja pubblika billi tagħti donazzjoni lil Pro Malta Christiana. Kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira, hija apprezzata.

L-“Alleanza” Gvern-Oppożizzjoni (PL-PN) Illeġiżlat Favur l-Ewġenika

  • L-Emendi għal-liġi tal-IVF ta’ Malta, approvati mill-parlament ta’ Malta fis-6 ta’ Lulju 2022 se jġibu l-introduzzjoni ta’ testijiet ġenetiċi fuq bnedmin fil-ġuf u prattiċi ewġeniċi f’pajjiżna. B’riżultat ta’ dan l-attakk ċar kontra d-dinjità tal-ħajja umana u taċ-Ċiviltà Nisranija, il-Gvern u l-Oppożizzjoni tagħna qablu li jippermettu lit-tobba jagħmlu testijiet ġenetiċi fuq l-embrijuni tal-IVF qabel ma jiġu impjantati fil-ġuf.
  • Kull embrijun uman huwa bniedem distint. Iżda bil-liġi l-ġdida, embrijun uman biss li ma jirriżultax pożittiv għal “diffetti mediċi” jiġi trasferit fil-ġuf ta’ ommu. L-embrijuni l-oħra li jġorru kundizzjoni medika huma ffriżati għal żmien indefinit.
  • L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – li hu stess moralment u etikament difettuż – suppost ġie introdott biex jipproteġi l-ħajja umana fil-ġuf. Dawn il-bidliet legali ġodda fl-att ġejjin wara leġiżlazzjoni fl-2018 mgħoddija mill-gvern Laburista preċedenti li tpoġġi embrijuni umani fil-friża bħallikieku kienu oġġetti għall-bejgħ.
  • Il-liġi eżistenti tal-iffriżar tal-embrijuni fetħet it-triq għal leġiżlazzjoni fil-futur biex koppji infertili jikru finanzjarjament ġuf ta’ terza persuna bħallikieku kien inkubatur, b’tarbija qatt ma tkun taf l-identità vera ta’ waħda jew l-oħra mill-ġenituri tagħha. Biex ma nsemmux il-probabilità qawwija li l-isperma u l-bajda jinġiebu minn barra pajjiżna. Dawn l-emendi l-ġodda issa għamlu pass lura aktar barbaru, u taw lill-imsejħa “Awtorità tal-Ħarsien tal-Embrijuni” maħtura mill-Gvern, is-setgħa li tiddeċiedi min jitwieled u min jibqa’ ffriżat għal dejjem.

X’Inhi L-Ewġenika?

L-ewġenika tfisser l-esperimentazzjoni medika fuq bnedmin imwielda u mhux imwielda biex jippruvaw jiżguraw titjib fl-ispeċi umana jekk in-nies “tajbin” jirriproduċu tfal u dawk meqjusin “mhux tajbin” ma jirriproduċux tfal. (“Mhux tajbin” inkludew: “moħħ debboli”, “imbeċilli”, “nies morda”, dawk li kienu ta’ kulur jew grupp etniku ħażin).

Huwa attentat ta’ “tgħammir jew tnissil selettiv” biex jikkontrolla l-kwalità tal-massa (jew ġabra) ġenetika tal-popolazzjoni. L-agħar eċċessi tal-mediċina ewġenika twettqu min-Nazisti Ġermaniżi matul it-Tieni Gwerra Dinjija, bi sterilizzazzjoni sfurzata ta’ priġunieri nisa fil-kampijiet tal-konċentrament.

Bid-diskriminazzjoni maħduma apposta kontra bnedmin li għad iridu jitwieldu, u li jinstabu b’kundizzjoni medika ġenetika, Malta daħħlet l-ewġenika, abbandunat l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna u kkundannathom li ma jitwieldu qatt.

Il-Liġi l-Ġdida tal-IVF ta’ Malta u l-Iffriżar tal-Embrijuni huma Moralment u Etikament Inaċċettabbli

  • Id-dritt għall-ħajja tal-persuna umana huwa impliċitament miċħud minn din il-liġi l-ġdida.
  • Din il-liġi ġdida tagħti lill-“Awtorità Maltija Għall-Ħarsien tal-Embrijuni” l-poter u d-dritt li żżid mal-lista ta’ kundizzjonijiet mediċi li jwasslu għall-iffriżar permanenti ta’ iktar embrijuni umani.
  • Anke meta persuna umana tinħoloq bil-mezzi immorali ta’ prokreazzjoni artifiċjali, ladarba titnissel, dik il-persuna umana għandha l-istess dritt għall-ħajja bħall-persuni umani innoċenti l-oħra kollha. Għalhekk, il-ġenituri ta’ embrijuni ffriżati għandhom obbligu morali gravi li jippruvaw jagħtu lil dik il-persuna umana żvilupp u twelid kontinwu.
  • Gvern jew awtorità politika tkun ħatja ta’ dnub ta’ ommissjoni meta tiċħad persuna umana marida serjament mit-trattament mediku ordinarju u meħtieġ. Bl-istess mod, jekk il-gvern jew partit politiku, kif ukoll il-ġenituri tal-embrijuni ffriżati jirrifjutaw li jippruvaw isalvaw il-ħajja ta’ dawk il-persuni umani żgħar ħafna, u jħalluhom imutu billi jibqgħu ffriżati għal żmien indefinit, jikkommettu d-dnub tal-qtil b’ommissjoni.
  • Din il-liġi l-ġdida daħħlet il-kunċett ta’ “embrijuni umani difettużi”: b’hekk tiddiskrimina kontra persuni umani mhux imwielda li għandhom diżabilità.
  • Dawn il-persuni umani mhux imwielda għandhom żero fil-mija ċans li jiġu addottati.
  • L-embrijuni umani li għandhom diżabilità, għalhekk, m’għandhomx drittijiet b’din il-liġi l-ġdida.

“Aħna mħassba ħafna bil-proposta riċenti tal-gvern li jintroduċi il-PGD jew ‘Djanjosi Ġenetika Prenatali’. Dan jinvolvi l-ittestjar bikri ta’ embrijun biex jiġi eżaminat għal ċertu mard ġenetiku. L-embrijuni li jinstabu li jġorru dawn il-kundizzjonijiet ġeneralment jitwarrbu filwaqt li dawk li m’għandhomx, jiġu impjantati permezz tal-IVF. F’ħafna pajjiżi, dawn l-embrijuni sempliċiment jiġu mwarrba jew jintremew. F’Malta qed jipproponu li jiffriżawhom għal żmien indefinit. Kwalunkwe idea ta’ addozzjoni hija qarrieqa.”

“Kontra r-rakkomandazzjonijiet tagħna, il-membri tal-Kamra fil-leġislatura preċedenti vvutaw biex jintroduċu l-iffriżar tal-embrijuni. Minn dakinhar, s’issa ma ġie adottat ebda wieħed mit-388 embrijuni ‘normali’ iffriżati. L-idea li dawn l-embrijuni mormija għax ‘ġenetikament abnormali’ se jiġu addottati hija redikola. Il-pubbliku m’għandux jiġi mqarraq jew żgwidat. Dawn l-embrijuni se jitħallew iffriżati b’mod permanenti.”

Doctors for Life (Malta) 2022

What are the Next Steps for the Government-Opposition “Alliance”? Abortion and Euthanasia?

Archdiocese of Malta

Archdiocese of Malta: Position Paper on Embryo Protection Act (Amendment), June 2022

“It is but a matter of time between the freezing of a ‘defective embryo’ for an indefinite period of time to its elimination, as a ‘defective foetus’, once detected in early pregnancy, a few months later.”

“Any proposal that allows the introduction of a very small number of rare, single gene diseases, yet with the option to allow the Embryo Protection Authority to decide on the addition of other diseases will, yet again, widen the scope for selective eugenics.”

Life Network Foundation (Malta), 29 May 2022

“Such methods do not deliver a healthy baby but provide a tool to enable the selection of which baby will live and which baby will be frozen in perpetuity. The Government seeks to mask this reality by implying that discarded embryos still have the chance to be adopted. In the last two years, the stockpile of frozen embryos has risen from 180 to over 300 this year, with no mention of any having been adopted”.

Mons. Anton Teuma

His Excellency Mons. Anton Teuma, Bishop of Gozo

“Gozo bishop Anton Teuma has also criticised the proposed law, arguing that while he is in no position to tell the government how to legislate, he felt it is his duty to guide Christians as to what is morally right. He said there is nothing wrong with testing to improve the health of an embryo, but testing aimed at choosing who gets to be born and who does not is morally wrong, and storing embryos in a bank is like sentencing them to ‘death forever’.”

Times of Malta, 8 June 2022

L-għaqda Pro Malta Christiana tixtieq issellem u tirringrazzja lit-tliet Membri Parlamentari li sfidaw lill-partit tagħhom, u kellhom il-kuraġġ morali jivvutaw kontra din il-liġi anti-Kristjana:

  • L-Onor. Dr. Adrian Delia MP
  • L-Onor. Sur Alex Borg MP
  • L-Onor. Sur Ivan Bartolo MP

Nixtiequ wkoll nuru apprezzament sinċier u nirringrazzjaw b’mod speċjali l-eks Membru Parlamentarju s-Sur Edwin Vassallo għall-impenn kontinwu, kuraġġuż u konsistenti tiegħu favur il-familja tradizzjonali u l-ħajja umana sa mill-konċepiment tagħha.

Pro Malta Christiana tappella lill-popolazzjoni Nisranija tagħna biex tiddefendi l-ħajja umana u l-wirt Nisrani li ħalla missierna l-Appostlu San Pawl lill-gżejjer tagħna, fiduċjuża fil-wegħda li għamlet il-Verġni Mqaddsa Marija f’Fatima fl-1917: “Fl-aħħar il-Qalb Immakulata tiegħi tittrijonfa!”

Lulju 2022

Soċjetà Maltija Għal Ċiviltà Nisranija — Pro Malta Christiana

Would you like to receive further information about our cause? If so, kindly fill in the form below.

0 Comments

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Recent Comments

    Categories