Filwaqt li l-Passjoni ta’ Kristu Tiġġedded fil-Pajjiżi Iżlamiċi
MOSKEA U BLOKK APPARTAMENTI F’TA’ GIORNI:

English version follows the Maltese version.
Skont it-Times of Malta (7 ta’ Novembru 2024): “L-iskola Libjana f’Ta’ Giorni applikat għal permessi ta’ ppjanar għal Moskea u Blokk Appartamenti fil-post tagħha. Iż-żewġ applikazzjonijiet separati jipproponu moskea ta’ żewġ sulari b’turretta u blokk ta’ appartamenti ta’ ħames sulari b’40 appartament u 42 post għall-parkeġġ fis-subborg ta’ San Ġiljan. Iż-żewġ proġetti huma ppjanati fi ħdan l-artijiet tal-iskola Libjana, li huma proprjetà tal-Istitut Vokazzjonali Għoli Libjan.”
Il-Kalvarju u l-Persekuzzjoni tal-Insara Taħt l-Iżlam
Il-Ġimgħa Mqaddsa tfakkar lill-Kattoliċi kollha fil-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, fit-tbatijiet Tiegħu, u fit-tixrid tad-Demm l-aktar Prezzjuż Tiegħu għas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha. Il-Passjoni ta’ Kristu qed tiġġedded illum f’pajjiżi b’maġġoranza Iżlamika, inkluża l-Libja, fejn il-Kattoliċi qed isofru persekuzzjoni, kemm sottili u moħbija kif ukoll miftuħa u mdemmija, għat-twemmin tagħhom. Infakkru fl-appell mill-Isqfijiet tas-Sudan lura fl-1992, fejn ikkundannaw “wieħed mill-aktar ġenoċidji orribbli (tal-Insara) fi żminijietna” taħt l-Iżlam. Din il-persekuzzjoni Iżlamika tal-Insara mill-gvernijiet Musulmani u l-gruppi terroristiċi tkompli bla waqfien illum u, bla dubju, marret għall-agħar fi żminijiet l-iktar riċenti madwar id-dinja. Nistgħu nikkuntrastaw din il-persekuzzjoni mal-libertajiet li jgawdu l-Musulmani fil-pajjiżi Kristjani tal-Ewropa fejn jibnu liberament il-moskej tagħhom, filwaqt li fil-pajjiżi Musulmani, il-knejjes jinqerdu, l-Insara jinqatlu, u l-qassisin jinħatfu u jinqatlu. Hekk kif il-persekuzzjoni Iżlamika kontra l-Insara intensifikat f’dawn l-aħħar snin, is-Soċjetà Maltija għaċ-Ċiviltà Nisranija – Pro Malta Christiana qed tappella formalment kontra l-bini ta’ din il-moskea u l-bini tal-blokk tal-appartamenti li jakkumpanjaha f’Ta’ Giorni minn setta reliġjuża li dejjem iġġieldet kontra l-Kristjanezmu.
Il-Moskea: Post ta’ Qima jew Ċentru għall-Propaganda?
Nfakkru li l-moskej fit-tradizzjoni Iżlamika huma pjuttost differenti mill-knejjes Kristjani, dawn tal-aħħar sempliċement ikunu postijiet ta’ talb u qima. Taħt l-Iżlam, il-moskea taġixxi bħala assemblea għall-komunità Musulmana, bħala ċentru għat-tagħlim Koraniku, bħala post għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja Iżlamika taħt il-liġi tax-Sharia kif ukoll għat-tixrid ta’ propaganda politika u, xi drabi, għal skopijiet militari (Cfr. Encyclopedie de l’Islam, Leiden-Pariġi 1991, vol. VI, pp. 639-695). Għalhekk, għall-Musulmani, il-moskea hija l-fulkru reliġjuż u politiku għat-tixrid tal-Iżlamiżmu. Kif rajna dan l-aħħar f’pajjiżi Ewropej bħar-Renju Unit, il-Ġermanja, Spanja u Franza, sezzjoni kbira ta’ immigranti Musulmani ilha tagħmel dimostrazzjonijiet fil-miftuħ favur l-implimentazzjoni tal-liġi Iżlamika tax-Sharia f’pajjiżi tradizzjonalment Kristjani, xi ħaġa li hija totalment kuntrarja għaċ-ċiviltà tagħna. Għal dawk li għandhom għajnejn biex jaraw u widnejn biex jisimgħu, sija jekk jitqiesu bħala “moderati” jew “estremisti”, il-Musulmani ġeneralment jiffavorixxu l-Iżlamizzazzjoni ta’ Malta u l-Ewropa.
Oġġezzjonijiet Ċiviċi: Dan il-Proġett tal-Ghetto Iżlamiku huwa Mudell Xieraq għall-Integrazzjoni?
L-applikazzjoni proposta tipprevedi wkoll blokk ta’ appartamenti ta’ 5 sulari b’madwar 40 appartament maġenb il-moskea proposta. Min se jokkupa dawn l-appartamenti? Individwi u familji Maltin mhux Musulmani se jixtru jew jikru dawn l-appartamenti? Ir-risposta wisq probabbli hija le, anke jekk l-appartamenti jkunu disponibbli għall-bejgħ jew għall-kiri lill-pubbliku. Għalhekk huwa ovvju li dan żgur ma jikkostitwixxix mudell tajjeb ta’ integrazzjoni tal-Musulmani fis-soċjetà Maltija peress li dan il-proġett se joħloq komunità magħluqa, potenzjalment distakkata mill-ħajja tal-madwar f’Ta’ Giorni. X’inhu dan, jekk mhux il-ħolqien ta’ “ghetto” Iżlamiku f’San Ġiljan? Dan apparti, it-turretta maħsuba mill-iżviluppaturi tal-proġett se tiffunzjona bħala “minaret” fejn il-“muezzin” se jsejjaħ lill-fidili Iżlamiċi għat-talb, ġewwa lokalità li mhix Musulmana ħames darbiet kuljum, skont il-prattika Iżlamika. Dawn is-sejħiet għat-talb permezz ta’ mikrofonu mqabbad ma’ sistema ta’ speakers fuq il-minaret se jsiru mas-sebħ, f’nofsinhar, f’nofs il-wara nofsinhar, f’inżul ix-xemx, u bil-lejl. Dan huwa dak li se jiffaċċjaw ir-residenti f’Ta’ Giorni jekk dan l-iżvilupp jimxi ‘l quddiem, biex ma nsemmux id-diffikultajiet miżjuda ta’ parkeġġ għar-residenti, li jirriżultaw mill-influss ta’ Musulmani oħra bil-vetturi tagħhom mil-lokalitajiet tal-madwar.
Protesta Paċifika u Appell kontra dan l-Iżvilupp propost
Meta nqisu dan il-proġett propost, is-Soċjetà Maltija għaċ-Ċiviltà Nisranija – Pro Malta Christiana, assoċjazzjoni ċivika u kulturali ta’ ispirazzjoni Kattolika toġġezzjona bil-qawwa għal dan l-iżvilupp u tappella lil dawk l-uffiċjali pubbliċi fdati bid-difiża u l-promozzjoni tal-ġid komuni – jiġifieri ċ-ċiviltà Nisranija – biex ma jissanzjonawx dan il-proġett. Il-Kattoliċi Maltin u r-residenti f’Ta’ Giorni jixirqilhom aħjar.
While the Passion of Christ is Renewed in Islamic CountriesA MOSQUE AND APARTMENT BLOCK IN TA’ GIORNI:
According to the Times of Malta (7 November 2024): “The Libyan school in Ta’ Giorni has applied for planning permits for a mosque and an apartment block on its grounds. The two separate applications… propose a two-storey mosque with a turret and a five-storey apartment block with 40 apartments and 42 parking spaces in the St Julian’s suburb… Both projects are planned within the Libyan school grounds, which are owned by the Libyan Higher Vocational Institute.”
The Calvary and Persecution of Christians Under Islam
Holy Week reminds all Catholics of the Passion of Our Lord Jesus Christ, His sufferings, and the shedding of His most Precious Blood for the salvation of all men. The Passion of Christ is being renewed today in Islamic majority countries, Libya included, where Catholics are suffering persecution, both subtle and hidden as well as open and bloody, for their beliefs. We recall the appeal by the bishops of Sudan way back in 1992, denouncing “one of the most horrible genocides (of Christians) in our times” under Islam. This Islamic persecution of Christians by Muslim governments and terror groups continues unabated today and has, undeniably, got much worse in recent times around the world.
Contrast this persecution with the freedoms enjoyed by Muslims in the Christian countries of Europe where they freely build their mosques, while in Islamic states, churches are destroyed, Christians are slaughtered, and priests are kidnapped and murdered. As the Islamic anti-Christian persecution has undeniably intensified in recent years, the Maltese Society for Christian Civilisation – Pro Malta Christiana is formally appealing against the construction of this mosque and accompanying apartment building in Ta’ Giorni by a religious sect that has always fought against Catholicism.
The Mosque: Place of Worship or Centre for Propaganda?
Let us recall that mosques in Islamic tradition are quite different from Christian churches, the latter simply being places of prayer and worship. Under Islam, the mosque acts as an assembly for the Muslim community, as a centre for Koranic teaching, as a place for the administration of Islamic justice under Sharia law as well as for spreading political propaganda and, on occasion, for military purposes (Cfr. Encyclopedie de l’Islam, Leiden-Paris 1991, vol. VI, pp. 639–695). Hence, for Muslims, the mosque is the religious and political fulcrum for the diffusion of Islamism. As we have seen recently in European countries such as the United Kingdom, Germany, Spain and France, the Muslim immigrant population has been openly demonstrating for the implementation of Islamic Sharia law in traditionally Christian countries, something that is repugnant to our civilisation. For those who have eyes to see and ears to hear, whether they are considered “moderate” or “extremist”, Muslims generally favour the Islamization of Malta and Europe.
Civic Objections: Is this Islamic Ghetto Project a Proper Model for Integration?
The proposed application also envisages a 5-storey apartment block with around 40 apartments adjacent to the proposed mosque. Who will occupy these apartments? Will non-Muslim Maltese individuals and families purchase or rent these apartments? It is highly probable that they will not, even if the apartments will be available for sale or rent to the public. Indeed, it should be obvious that this would certainly not constitute a proper model of integrating Muslims within Maltese society, as this project will create a closed community, potentially detached from the life of the surrounding area of Ta’ Giorni. What is this, if not the creation of an Islamic ghetto in St. Julian’s?
The turret envisaged by the project’s developers will function as a “minaret” where the “muezzin” will call the Islamic faithful for prayer in a non-Muslim neighbourhood five times a day, according to Islamic law. These calls for prayer via microphone connected to a speaker system on the minaret will be made at dawn, noon, mid-afternoon, sunset, and at night. This is what the residents of Ta’ Giorni can expect if this development goes ahead, not to mention the added car parking difficulties for Ta’ Giorni residents arising from the influx of other Muslims from surrounding localities by car.
A Peaceful Protest and Appeal against this Proposed Development
Considering this proposed project, the Maltese Society for Christian Civilisation – Pro Malta Christiana, a civic and cultural association of Catholic inspiration, strongly objects to this development and calls upon those public officials entrusted with defending and promoting the common good – namely Christian civilisation – not to sanction this project. Maltese Catholics and the residents of Ta’ Giorni deserve better.
Recent Comments