Maltese Society for Christian Civilisation

Pro Malta Christiana

Pro Malta Christiana Tikkundanna Quddiesa Favur is-Sodomija

May 16, 2026 | Uncategorized | 0 comments

English version follows the Maltese version.

Is-Soċjetà Maltija għal Ċiviltà Nisranija — Pro Malta Christiana tesprimi d-diqa profonda u l-kundanna tagħha għall-avveniment bit-titlu “Prayer Vigil and Mass for the Overcoming of Homotransbiphobia” li se jittella’ mill-grupp dissidenti “Drachma LGBTI”, u li se jabbuża mis-Sagrifiċċju Qaddis tal-Quddiesa biex jippromwovi ideoloġija fundamentalment anti-Kattolika.

Infakkru li l-karità awtentika Nisranija ma tinsabx fil-glorifikazzjoni tal-ġibdiet żienja, iżda fil-proklamazzjoni tal-verità. Mingħajr ma tħares lejn uċuħ, Pro Malta Christiana ttenni t-tagħlim perennjali tal-Knisja Kattolika li jsejjaħ lil kull individwu — irrispettivament mill-inklinazzjonijiet sesswali — għall-kastità, jiġifieri l-integrazzjoni u l-użu tal-fakultajiet sesswali f’konformità sħiħa mal-mudell Nisrani.

Filwaqt li nżommu fit-talb tagħna lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jitqabdu mad-dnub sesswali, neżortaw lill-fidili Kattoliċi Maltin biex jagħmlu atti ta’ riparazzjoni għal din l-attività blasfema.

The Maltese Society for Christian Civilisation — Pro Malta Christiana expresses its profound sadness and condemnation at the event titled “Prayer Vigil and Mass for the Overcoming of Homotransbiphobia” which is being organised by the dissident group “Drachma LGBTI”; a blatant abuse of the Holy Sacrifice of the Mass that pushes a fundamentally anti-Catholic ideology.

We remind everyone that authentic Christian charity is based not on the glorification of lustful desires, but on the proclamation of truth. Absent any personal ill will toward any individual, Pro Malta Christiana reiterates the perennial teachings of the Catholic Church by which all men — regardless of their sexual inclinations — are called to chastity, that is, to the integration and use of the sexual faculties in full conformity with the Christian model.

While we pray for all those who struggle against sexual sin of one kind or another, we exhort the Maltese Catholic faithful to perform acts of reparation for this blasphemous activity.

Recent Comments

    Categories